MOC logo                                         

                                                                                                13 Edizzjoni MOC SPORTS AWARDS                                                                                          

 

Żewġ rebbieħa Olimpici  mistiedna għall-edizzjoni ta’ din is-sena.

 

  • Nhar il-Ħadd 7 ta’ Dicembru  l-Kumitat Olimpku Malti se jorganizza it-13 l-Edizzjoni tal-MOC  SPORTS AWARDS. L-Edizzjoni ta’ din is-sena se ssir fil-Lukanda  Dolmen, San Pawl il-Baħar fejn matulha l-Kumitat Olimpiku Malti se jippremja bl-unuri tal-bronz, fidda, deheb u platinu lil dawk l-atleti minn ħdan 21 assocjazzjoni jew federazzjoni affiljata illi ddistingwew  ruħhom fuq livell lokali u internazzjonali matul l-2014

Dak inhar wkoll għas-sitt sena konsekuttiva se jkun ippremjat dak il-Kunsill Lokali li jkun organizza attivita’ sportiva għal ġid tal-komunita’ tiegħu.

Il-Kumitat Olimpiku Malti b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Olimpiku Taljan u l-Federazione Italiana Canotaggio se jkollu żewġ mistiedna specjali – żewġ rebbieha Olimpici  – Giuseppe Abbagnale u Davide Tizzano.

Giuseppe Abbagnale flimkien ma’ ħuh Carmine u Peppino di Capua rebaħ l-Olimpjadi tal-1984 f’Los Angeles u fl-1988 f’Seoul kif wkoll kiseb il-medalja tal-fidda fl-1992 f’Barcellona f’liema edizzjoni kien ġarr il-bandiera Taljana fic-cerimonja tal-ftuh. Barra minn dan, Abbagnale fi 11 il-Kampjonat tad-Dinja rebaħ il-medalja tad-deheb 7 darbiet tlieta tal-fidda u waħda tal-bronż. F’karriera bejn l-1976 u l-1995 Abbagnale rebaħ 28 Kampjonat Nazzjonali. Minn Novembru 2012 huwa kien elett bħala President tal-Federazione Italiana Canottaggio.

Davide Tizzano, l-istess bħal Abbagnale huwa rebbieh ta’żewg medalji Olimpici. Fl-1988 f’Seoul fil-Quadriple Scull u fl-1996 f’Atlanta fid-Double Scull flimkien ma’ Agostino Abbagnale . Success fl-ibburdjar fejn fl-1992 ha sehem fl-America’s Cup fuq il-Moro di Venezia u fl-2007 fuq Mascalzone Latino .Huwa wkoll vici President tal-Federazione Italiana Canottaggio u membru tal-Ezekuttiv tal-Kumitat Internazzjonali tal-Logħob tal-Mediterran.

davide_tizzano2 WCENTER 0CROABAVPZ -

 

____________________________________________________________________

Charles Camenzuli
Direttur tal-Media
Kumitat Olimpiku Malti                                                                                             02.12.2014