nanjing mascot red

2nd Youth Olympic Games – Nanjing 2014

 

  • Erba’ atleti, ser ikunu qed jirraprezentaw lil Malta fit-tieni Edizzjoni tal-Olimpjadi taz-Zghazagh li se jsiru f’Nanjing ic-Cina bejn is-16 u t 28 ta’ Awwissu.

L-atleti huma : z-zewg ghawwiema, Julian Harding u Raoul Stafrace, it-tnejn ta’ 18-il sena, jghamlu parti mill-iskwadra nazzjonali tal-ghawm tal ASA – il judoka Francesco Aufieri – li ghadu gej minn training camp fl-Izvizzera u l-weightlifter Nicole Gatt.

L-erba’ atleti fix-xhur li ghaddew wettqu programm ta’ preparazzjoni ffinanzjat mill-Kumitat Olimpiku Malti b’kollaborazzjoni mal-ghaqdiet nazzjonali rispettivi.

Il-ftuh ufficjali tal-Olimpjadi taz-Zghazagh f’Nanjing se jsir nhar is-Sibt 16 ta Awwissu u l-ghada jidhol fl-azzjoni l-ghawwiem Julian Harding meta jiehu sehem fil 100 metru breast stroke filwaqt li t-Tnejn 18 ta’ Awissu jidhlu fl-azzjoni il-judoka Francesco Aufieri u l-weightlifter Nicole Gatt u it-Tlieta 19 ta’ Awissu jtellaq l-ghawwiem Raoul Stafrace. 

Il-kontingent Malti huwa mmexxi mid-Direttur tal-Isport tal Kumitat Olimpiku Malti Mario Micallef li huwa wkoll Chef de Mission tal-kontingent .

NanjingContingent1 NanjingContingent2

 

 

 

 

 

 

 

Charles Camenzuli – Direttur Media KOM             11.08.2014