2016-sports-awards-logo-web

15 Edizzjoni MOC Sports Awards 2016

DI DONNA MISTIEDEN SPEĊJALI TAL-KOM
ROBERTO DI DONNA , twieled Ruma fit- 8 ta’ Settembru 1968 – meqjus bħala wieħed mill-aqwa tiraturi ta’ kull żmien fl-istorja tal-Olimpijadi.
Ħa sehem f’erba’ edizzjonijiet tal-Olimpijadi fl-1988 f’Seoul, fl-1992 f’Barcellona , fl-1996 f’Atlanta u fl-2000 f’Sydney. Il-qofol tal-karriera kien fl-1996 meta f’Atlanta rebaħ il-medalja tad-deheb fl-airpistol fuq disatanza ta’ 10 metri (585 + 99.2) kif wkoll rebaħ il-bronz fil-pistola fuq distanza ta’ 50 metru (569 + 92.8)
Fl-1994 fil-finali tat-Tazza tad-Dinja, fi Munich rebah il-medalja tal-bronz fil-pistola libera filwaqt li fl-1995 f’edizzjoni ohra tal-finali rebah id-deheb fl-istess kategorija u kiseb il-fidda fl-air pistola
Is-sena 1996 apparti s-success Olimpiku kienet wkoll success fil-finali tat-Tazza tad-Dinja f’Naefels meta rebaħ il-medalja tad-deheb fiż-żewġ kategoriji.
Fl-1997 fil-finali tat-Tazza tad-Dinja f’Lugano rebah id-deheb fl-air pistola u l-fidda fil-pistola.
Huwa għandu r-record Taljan fl-airpistol (592/600) u fil-pistola (573/600). Fl-aħħar snin mexxa skola tal-isparar u fl-istess waqt baqa’ jikkompeti. Mill-2011 inħatar bħala kowċ nazzjonali taż-żgħażagħ tal-Italja.

 

Handmade Software, Inc. Image Alchemy v1.13 Di Donna - 20000916-SYDNEY-SPR: OLIMPIADI SYDNEY: TIRO A SEGNO; DI SONNA SOLO 6/o, ORO A DUMOULIN. Il turatore azzurro Roberto Di Donna, pronosticato per il podio, si e' classificato soltanto sesto nella finelae vinta dal francese Franck Domoulin. FILIPPO MONTEFORTE / ANSA / PAL

______________________________________________________________________
Charles Camenzuli
Direttur tal-Media KOM