Carmel Busuttil
carmel busuttil Beda l-karriera ta’ 15 il-sena mar Rabat Ajax fit-tielet divizjoni bl-ewwel goal tieghu tal-karriera jasl fit-23 ta’ settembru 1979. Ma Rabat baqa’ sal-1987 fejn f’139 skorja 64 goal. Rebag ma Rabat Ajax l-unuri kollha fosthom zewg kampjonati Premier konsekuttivi.Wara li fl-1987-88 ma’ Verbania fl-Italja f’20 partitia skorja 8 goals bejn l-1988 u l-1994 laghab ma’ Genk fil-kampjonat professjonali Belgjan b’57 goals f’183 partita.Bejn l-1994 u l-2001 ma’ Sliema Wanderers rebah l-unuri kollha filwaqt li f’191 partita skorja 78 goal.Mid-debutt f’Lulju 1982 f’Messina fir-rebha ta’ 2-1 kontra l-Izlanda, laghab 113 il-partita mat-tim Nazzjonali fejn skorja 23 goal kif wkoll 19 il-partita ohra ma timijiet rapprezentattivi li matulhom skorja 4 goals. Sar l-ewwel player li lahaq il-kwota ta 100 partita ghal Malta. Maghzul mill-MFA bhala l-aqwa player tul l-ahhar 50 sena.Rebbieh tal-Footballer of the year tal-MFA fl-1982-83 u fl-1985-86. Fl-1986-87 b’9 goals mat-tim Nazzjonali kien l-aqwa scorer fix-sena internazzjonali flimkien ma’ Protassov tar-Russja u Romario tal_Brazil.Fil-qasam tekniku apparti li ta bidu ghal Buzu football School wara esperjenza ta’ kowc ma’ Pieta bejn l-2007-2009 kien assistant coach tat-tim Nazzjonali.Fis-sena 2000 gie mghoti Gih ir-Repubblika ghal dak li wettaq fil-qasam tal-football Malti.
Carol Walsh
 carol walsh Sinonimu mal-atletika u dak li kisbet f’dan l-isport fuq medda ta’ ghoxrin sena. Bejn l-1993 u l-2009 fil-loghob tal-istati zghar tal-Ewropa rebhet 12 il-medalja ndividwali, 3 deheb, 4 fidda u 5 bronz.Fl-1996 b’record nazzjonali ta’ 2 saghtejn 36minuta rebhet il-medalja tal-fidda fil-Maratona di Firenze u sena wara rebhet il-medalja tal-fidda fil-loghob tal-Mediterran f’Bari u l-ewwel post fil-Maratona ta’ Dublin.Fis-sena 2000 rebhet il-medalja tal-deheb fil-5 Edizzjoni tal-World Veteran Athletes half marathon f’Valladolid filwaqt li fl-2001 u fl-2005 f’Malta u fil-Portugall rebhet il-medalja tad-deheb fil-Kampjonal tal-Ewropa tal-Veterani fuq distanza ta’ 10 kilometri.Hadet sehem fl-Olimpjadi ta’ Barcelona fl-1992 u Atlanta fl-1996 kif wkoll fi tlett edizzjonijiet tal-loghob tal Commonwealth fl-1994, 1988 u fl-2002.Bejn l-1992 u l-2005 rebhet ghal numru record ta’ 6 darbiet l-Ghaliet Sportivi Nazzjonali u f’4 darbiet ohra kienet runner-up.Matul il-karriera kisbet records nazzjonali fit-800m; 1500m; 3000m; 5000m; 10000m u nofs maratona u maratona.Fl-1997 ippremjata fil-medalja ghal Qadi tar-Reppublika b’rikonoxximent ghal dak li wettqet fil-qasam tal-Atletika. Bir-ragun imlaqqma bhala ir-Regina tal-Isport Malti.
Joseph Caruana
 joseph caruana Meqjus bhala l-persuna li beda l-Judo f’Malta. Ta’ 17 il-sena mill-ewwel esperjenzi fiz-Zabbar Physical and Culture Club, fl-1954 kellu l-ewwel esperjenza mat-tyimijiet tas-servizzi ta’ HMS Phoenicia u HMS St.Angelo flimkien mal-commandos tal-41st u 45th Regiment.Fl-1960 ta bidu ghall-ewwel klabb tal-Judo fil-Marsa u eventwalment sar l-ewwel klabb affiljat mal-British Judo Association. Fl-1968 sar l-ewwel persuna li kiseb black belt fil-Judo u sena wara ta bidu u organizza l-ewwel Kumitat Ezekuttiv tal-Malta Judo Federation li tieghu kien President.Fl-1973 f’Ruma ha sehem fil-European Judo Association u ghaxar snin wara kiseb 3 Dan Black Belts mill-akkademja tal-Judo ta’ Ruma. Fl-istess waqt ha sehem f’tahrig mat-tim nazzjonali Taljan.Joe Caruana li huwa 6th Dan Black Belt attwalment huwa President tal-Bord Tekniku tal-Malta Judo Federation.