Teddie Borg
 
Teddie-Borg2 Teddie Borg : Sinonimu mal-ibburdjar f’pajjizna wara karriera fil-football ma’ Rabat u membru fundatur tal-Assocjazzjoni Sport Muturi. Ghal aktar minn 20 sena xandar u direttur ta’ programmi marbuta mil-ibburdjar u sport tal-bahar fost dawn il-programm ‘Starboard;. Eks President tal-Federazzjoni Maltija tal-Powerboats  kif wkoll eks Segretarju u Vice Commodore tar-Royal Malta Yacht Club. Fl-1982 rebah l-unur tal-Ufficjal tas-sena fl-Ghazliet Sportivi Nazzjonali .Fl-2013 mahtur membru tal-Kunsill Malti ghall-isport.

Gino Camilleri
 
Camilleri Gino L-Imhallef Gino Camilleri : eks President tal-Kumitat Olimpiku Malti bejn l-1989   u l-1994  . Taht il-presidenza tieghu Malta organizzat ghall-ewwel darba l-Loghob tal-Istati Zghar tal-Ewropa fl-1993. Karriera fl-isport u ghall-isport fejn wara snin fl-amministrazzjoni ta’Exiles Waterpolo Club, fl-1983 kien President tal-Amateur Swimming Association. Eks President u membru fundatur tal-Malta Squash Association.Ghamel wkoll parti mill-Kummissjoni Guridika tal-Kumitati Olimpici Ewropej. Fl-2010 gie ppremjat mill-Kumitat Olimpiku Malti bit-trofew tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ghar-rwol tieghu fl-izvilupp tal-kultura olimpika f’pajjizna.

Francesca Vincenti
 
FrancescaVincenti Francesca Vincenti : Bla dubju l-aqwa board-sailor mara li qatt ipproduca l-isport Malti.Hija rebhet il-Kampjonat Dinji Freestyle li sar fl-Isvizzera fl-1986 u giet fit-tielet post fil-Kampjonat Mistral.Fl-1986 hadet sehem fir-Regata ta’ Sardegna fejn temmet fil-11 il-post fost 247 partecipant. Rebhet l-unur tal-Isportiva tas-Sena fl-1985 u fl-1986 wara li fl-1983 u fl-1984 kienet giet fit-tieni post fl-istess Ghazliet. Fl-ahhar snin ufficjal attiv fl-ibburdjar f’pajjizna u ispirazzjoni ghal atleti zghazagh f’dan l-isport.