Moses Azzopardi  
Moses Azzopardi 1967
MOSES AZZOPARDI – Wara li fl-1956 rebah il-Kampjonat taz-zghazagh, fl-1960 kien parti mill-kontingent Malti li ha sehem fl-ewwel edizzjoni tal-ParaOlimpjadi f’Ruma. Wasal sal-finali tas-Singles tat-table tennis fejn safa meghlub mit-Taljan Giovanni Berghella sabiex kiseb il-medalja tal-fidda f’dawn il-ParaOlimpjadi. Minn dan is-success dam ghal 20 sena fost l-ewwel erba’ players f’pajjizna fejn flimkien ma huh Paul ghal diversi snin wasal sal finali tad-doubles. Kien membru tal-Malta Civil Service Table Tennis club u Athleta Juvenis li maghhom temm il-karriera. Ha sehem fil-Kampjonati tal-Ewropa li kienu saru f’ Lyon, Franza fl-1968

Joe Cassar Naudi 
 
CassarNaudi2

JOE CASSAR NAUDI – Bla dubju l-aktar persuna li dam fl-amministrazzjoni tal-footbal Malti b’karriera ta’ aktar minn 65 sena. Ikkwalifika bhala referee tal-football fl-1945 fejn fl-1951 gie elett Segretarju u fl-1956 lahaq President tal-Malta Football Referees Association.Attenda u mexxa bosta korsijiet fir-refereeing . Fl-1961 kiena wiehed mill-ewwel tlett referees illi tpoggew fil-lista tal-FIFA. Wara li fl-1964-65 ikkontrolla tlett partiti internazzjonali inghata il-FIFA Badge. Kien l-ewwel referee Malti li kontrolla finali tal-Kampjonat Libjan fis-snin 60. Irreffja numru kbir ta’ partiti internazzjonali barra pajjizna filwaqt li l-Malta rreffja xejn anqas minn 5 finali tal-FA Trophy u 3 finali tal-Cassar Cup.

Fl-1993 inghata il-Medalja ghall-Qadi tar-Repubblika. Sentejn ilu kien inhatar bhala Membru Onorarju tal-MFA.