2016-sports-awards-hall-of-fame

????????????????????????????????????

THERESA BROUSSON : Minn meta bdiet l-isquash fl-1980, bejn l-1982 – 2011 kienet Champion ta’ Malta ghal 23 darba. Bejn l-1987 u l-1991 kienet in-numru 1 fl-Italja fejn rebħet  4 edizzjonijiet tat-Tournament tas-Sitt Nazzjonijiet. Bejn l-1991 – 2003 fil-European Small Nations Group Tournament għhal 10 darbiet rebħet deħeb ghal Malta. Fit-tim nazzjonali tan-nisa rebħet id-deħeb fil-Logħob tal-Pajiżi żgħar fl-2003 f’Malta u fl-2011 fil-Liechtenstein.Fl-2007 u fl-2008 suċċess simili fil-European Challenge Cup. Fl-2012 u fl-2015 kienet parti mit-tim Nazzjonali li spiċċa l-ewwel post fit-tielet diviżjoni u promoss fit-tieni diviżjoni. Fl-aħħar kompetizzjoni tal-2015 fis-Slovenja ħabbret li rtirat.Fl-2013-14 saret Champion tal-Ewropa għal Atleti ta’ l’fuq minn 50 sena.  Hija wkoll kowċ kwalifikat kif wkoll Scrabble Champion ta’ Malta ghal 10 snin konsekuttivi.

 mifsudpawlusnooker  PAUL MIFSUD : Beda karriera fil-billiards u snooker fl-eta’ ta’ 7 snin f’St.Philip Band Club, Haz-Zebbug. Wara li fl-1963 rebah il-Boys League, kien il-bidu ta’ karrierra ta’ rebh ta; Kampjonati Nazzjonali tal-Billiards u snooker fis-settur internazzjonali jibqa ghalih il-qofol tal-karriera. Fl-1969 iddebutta fil-Kampjonat tad-Dinja tal-billiards f’ Londra u sena wara fl-iskozja. Fl-1976 tilef il-finali fil-Kampjonat tad-dinja tas-Snooker meta tilef kontra Mountjoy. Mid-dizappunt fl-edizzjoni tal-1978 li saret f’Malta fl-1979 rebah il-Kampjonat tad-Dinja tal-Billiards u fl-1985 u fl-1986 rebah il-kampjonat tad-Dinja tas-Snooker. Maghzul ghal erba’ darbiet bhala Sportiv tas-Sena filwaqt li fl-1980 inghata l-Medalja ghal Qadi tar-Repubblika
 xuerebjackie

JACQUELINE XUEREB : Karriera ta’ suċċessi fil-judo li bdiet fl-1990 bir-rebħ tal-Olympic Youth Fest u l-Kampjonati tal-Ewropa għall-Pajjiżi Żgħar. Rebbieħa ta’ bosta edizzjonijiet tal-Malta Open tal-Judo. Il-qofol tal-karriera jibqa bir-rebħ ta’ tlett medalji tad-deheb għal Malta fil-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa fl-1993 f’Malta, fl-1995 fil-Lussemburgu u fl-1997 fl-Iżlanda. Dejjem preżenti fit-tim Nazzjonali Malti tal-Judo fil-kompetizzjonijiet ewlenin fl-Ewropa. Fl-1992 irrappreżentat lil Malta fil-Logħob tal-Commonwealth li sar f’Cardiff, Wales. Runner-up fl-Isportiva tas-sena fl-1993 izda pattiet meta saret l-Isportiva tas-sena fl-1995