Victor Pace
vjpace edit Amministratur tal-Isport, Victor Pace kien minn tal-bidu nett biex twaqqfet il-Malta Tennis Federation li huwa mexxa fil-fazi bikrija taghha. Kompla biex lahaq President tal-Kumitat Olimpiku Malti fejn mexa b’ghozza mal-idejali tal-Moviment Olimpiku.
Dr. Joseph Muscat
Dr. Muscat IMG_9980 Tabib tal-Medicina Sportiva, Dott. Muscat ta sehemu f’dal-qasam ta’ Medicina u l-izvilupp taghha f’Malta, fejn eventwalment poggieha bhala dixxiplina fuq l-agenda nazzjonali.  Ghal aktarminn tletin sena, huwa ta sehemu fl-isport b’hidma dedikata mal-clubs u federazzjonijiet nazzjonali f’bosta dixxiplini sportivi. Inghata wkoll gharfien ufficjalment ghall-hidma tieghu fl-Isport mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.
Kevin Decesare
Kevin Decesare2 Atleta, coach u amministratur, Kevin Decesare huwa sinominu mal-loghba tal-Basketball, sport li fih ibbrilla u li grazzi ghat-talenti tieghu ghen lit-team nazzjonali jikseb success internazzjonali. Kemm bhala player kif ukoll bhala coach, huwa kien strumentali biex it-team nazzjonali kiseb l-ahjar rizultati.
Joe Dimech
Joe Dimech edit gry Atleta u l-oghla amministratur fl-Isport tal-Body Building, Joe Dimech ghen l-isport tieghu jilhaq livelli gholjin. Heggeg l-Idejali Olimpici ta’ Fair Play filwaqu li dejjem kien minn ta’ quddiem fil-glieda kontra d-doping mhux biss fl-isport izda wkoll f’oqsma ohra.
Frank Tabone
frank Tabone.3jpg Amministratur tal-football u coach, Frank Tabone kien strumentali fit-twaqqif ta’ wiehed mit-teams leggendarji tal-football Malti, maghruf bhala Ajax FC.  Fl-aqwa taghhom u taht il-gwida tieghu, l-Ajax FC rebhu dak kollu li kien joffri l-football Malti dak iz-zmien.  Fuq kollox, xi hamsin sena ilu, huwa kien ukoll strumentali biex twaqqfet struttura lokali ta’ tahrig fil-loghba tal-football – tabilhaqq pijunier ta’ tahrig strutturati; l-ewwel wiehed ta’ dix-xorta f’Malta.
Lino Bugeja
Lino Bugeja Atleta, amministratur, coach u edukatur, Lino Bugeja rraprezenta fil Malta fil-Loghob tal-Mediterran u f’avvenimenti ohra internazzjonali bhala atleta; wara kompla biex lahaq Segretarju General tal-Kumitat Olimpiku Malti. Kien ukoll coach tal-Football fl-oghla livell b’esperjenza nazzjonali kif ukoll dik internazzjonali.  Fuq kollox, kien edukatur tal-valuri Olimpici kemm bhala lecturer kif ukoll f’Olimpja, il-Grecja.
Charles Micallef
Charles Micallef2 Ufficjal tal-Waterpolo, Charles Micallef qatta’ karriera bhala ufficjal fl-isport tal-Waterpolo. Lahaq l-oghla livell possibli meta intqhazel bhala ufficjal tal-finali ghall-Midalja tad-Deheb fil-Loghob Kontinentali tal-Mediterran gewwa Split, fl-1976 fejn kiseb l-istima u l-gharfien ghal Malta bhala ufficjal tal-Loghba.