Colin Cauchi
colin cauchi comp2 Karriera fl-isport ghal aktar minn hamsin sena bhala amministratur, dirigent, gurnalist u xandar fil-qasam sportiv.  Ex-Segretarju tal-Bord Nazzjonali ta’ li Sports. Ghal bosta snin, President tal-Ghazliet Sportivi Nazzjonali . Ex-Segretarju tal-Federazzjoni tal-Football u kien jirrapprezenta lill din l-ghaqda fil-Kunsill tal-M.F.A . Kien mill bidu net meta twaqqfet il-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci u wara sena gie elett President fejn dam ghal 22 sena. Dahhal lill Malta fil-qasam internazzjonali bhala membru tal- Federazione Boccistica Internazionale  u hadem hafna biex twaqqfet il-Eurpoean Bocci Federation.  Xandar sportiv ma’ Redifusion ,Radio Malta, Xandir Malta,  u Super One Radio . Ghal bosta snin kien ukoll vici president tal-ghaqda kittieba sports.
Joe Debono
J.Debono COMP (1) Wara li beda jipprattika s-Sub Aqua ta’14 il-sena ,fl-1969 issieheb fil-Malta Sub Aqua Club. Kien champion nazzjonali ghal erba darbiet, u l-kompetizzjonijiet ewlenin tal-Malta Sub Aqua Club. Ha sehem fil-Kampjonati tad-Dinja fl-1963 fil-Brazil, fl-1971 f’Kuba, fl-1973 fic-Cili u fl-1975 fil-Peru.Rebbieh tal-Ghazliet Sportiv tas-Sena fl-1963 .Fl-1964 rebah il-Kampjonat Internazzjonali Gran Premio Isola di Ustica.. Waqaf jiehu sehem f’kompetizzjonijiet fl-1981 biex jiddedika l-hin tieghu ghat-taghlim tal-isport tal-bahar u specjalment id-dixxiplini tal-iscuba diving liz-zghazagh Maltin. Ghin biex tigi ntrodotta f’Malta il-licenzja tal-ghaddis, jew kif inhi ahjar mgharufa s C-Card, biex jigi zgurat li kull min jghodos ikun kkwalifikat u mghallem . Kien l-ewwel President tal-Federazzjoni Maltija tal-Attivitajiet ta’ Taht il-Bahar. Waqaf mill-attivita sportiva fl-1996.
John Magri
catch-012comp Ha sehem fl-Olimpijadi tal-1972 fi Munich u fl-1980 f’Mosca. Ha sehem fil-Loghob tal-Mediterran fl-1963 f’Napli , fl-1967 f’Tunez, fl-1971 f’Izmir, fl-1975 fl’Algiers, fl-1979 fi Split u fl-2001 f’Tunez. Ha sehem bhala ufficjal fl-edizzjonijiet tal-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar li saru fl-1987 f’Cipru u fl-2001 f’San Marino. Rebbieh tal-Ghazliet Sportivi Nazzjonali fl-1971 u fl-1974 . Rebbieh tal-Kampjonati Nazzjonali fl-1970,1971,1972, 1974. Ha sehem fit-Tour tal-Grecja fl-1968 u fit-Tour tal-Libja wkoll fl-1968. Ex President tal-Malta Cycling Federation ghal 7 snin u Vici President ta’ Mosta Cycling Club ghal 16 il-sena.
Charles Mock
charles mock comp 56 sena fl-isport. Goalkeeper ma Balluta W.P.C bejn l-1953 u l-1974 fejn rebah l-unuri principali fosthom il-kampjonat u knock-out fl-1963 flimkien ma 4 edizzjonijiet tan-K.O. Player tat-team Nazzjonali bejn l-1958 u l-1970 fejn ha sehem f’Coppa Tranacria fi Sqallija u Loghob tal-Mediterran fl-1963 f’Napli. Bhala coach rebah l-unuri ewlenin ma Valletta WPC, San Giljan WPC, Sliema minors, Sirens ASC, Birzebbugia u Ta’ Xbiex. Holoq in-nurseries tal-ghawm ghal Sliema u Neptunes ma dawn tal-ahhar dam 12 il-stagun. Ta’ 73 sena ghadu jiehu hsieb in-nursery ta’ San Giljan u t-team ta’ taht l-14 il-sena. Ta’ 58 sena fl-1996 qasam il-Gozo Channel u fl-2002 spicca fl-ewwel post fil-kategorija Veterani meta tejjeb id-distanza b’siegha f’ 2 saghtejn u 11 il-minuta. Ta’ 64 sena gham fil-Pitch tas-Sliema ghal 5 sighat kontinwi b’risq il-Ghana Mission Foundation. Laghab football ma Melita u Msida St.Joseph. Ex Class 1 referee fejn ikkontrolla l-partiti Coventry City vs.Team Parastatali Malti. Assistant referee fil-partiti Marsa vs Juventus u AC Milan vs Red Boys ta’ Lussemburgu f’ Milan. Maghrul referee tas-sena 1971-72 tal-gurnal Il-Hajja u mghoti Certifikat Bennett ghall-Att Sportiv fl-1979. Ghalliem tal-isport ghal 30 sena fil-Kullegg St.Edwards u xandar ma’ Island Sound Radio u RTK
Philip A.Vassallo
philip vassallo comp Karriera mill-aqwa ma bosta timijiet ta’ Barclays Bank. Rebbieh ghal hames snin konsekuttivi tal-unur prestiggjuz ghal Banek maghruf bhala ‘ Trofew Victor Ludorum’ . Laghab waterpolo, table tennis, tennis u hockey. Laghab waterpolo ma’ Sliema ASC u football ma’ Melita f.c kif wkoll kien f’bosta kumitati ta’ Barclays Bank. Membru fundatur u ex tezorier tal-Malta Tennis Association kif wkoll membru fundatur tal-Malta Table Tennis Association kif wkoll tezorier tal-Malta Hockey Association u Malta Basketball Association. Ghal 26 sena kien fil-Kumitat Olimpiku Malti sa kemm irtira bhala Tezorier fl-1993. Ha sehem f’bosta edizzjonijiet tal-Loghob tal-Mediterran bhala ufficjal kif wkoll kien chef de Mission tal-kontingent Malti fl-Olimpjadi ta’ Seoul.
Charles Mifsud
charles mifsud comp Fundatur tal-Malta Weightlifting Federation li taghha dam President ghal 25 sena. Beda l-weightlifting fl-eta’ ta’ 12 il-sena fl-Awstralja. Fl-1963 rebah il-medalja tad-deheb fis-Senior Australian Championships NSW u bejn l-1962 u l-1970 ha sehem fil-Kampjonati tal-Awstralja fejn spicca fit-tieni post fl-1968, 1969 u fl-1970. Bejn l-1962 u l-1990 irrapprezenta lil Malta fil-Loghob tal-Commonwealth kemm bhala atleta u bhala ufficjal. Fl-1975 waqqaf il-weightlifting Olimpiku f’pajjizna u fl-1983 rebah l-unur tal-Ufficjal tas-sena. Fl-istess Ghazliet spicca fit-tieni post fl-1990 u fit-tielet post fl-2004. Fl-1981, 1990 u 1995 organizza f’ Malta it-Tournament ghal Pajjizi z-Zghar tal-Ewropa u fl-1990 organizza l-Kampjonati tal-Ewropa taz-Zghazagh u fl-2003 il-Kampjonati tal-Commonwealth. Bejn l-1980-2003 kien referee tal-ghola kategorija.