Joanna Agius
Agius Joanna JOANNA AGIUS twieldet fl-1952. Bla dubju l-aqwa arciera mara f’pajjizna.Kienet l-ewwel atleta mara li hadet sehem f’Olimpijadi meta ddebuttat fl-1980 f’Moscow. Saret wkoll l-ewwel mara li tiehu sehem fi tlett Olimpijadi konsekuttivi b’partecipazzjoni fl-1984 f’Los Angeles u fl-1988 f’Seoul. Hadet sehem wkoll fil-Loghob tal-Mediterran fl-1979 fi Split. Inghazlet bhala l-Isportiva tas-Sena fl-1979 u fl-1982 u spiccat fit-tieni post fl-1987 fl-istess Ghazliet.Fl-1987 rebhet il-medalja tad-deheb fil-Loghob tal-Istati Zghar ghall-isparar bil-qaws li saru f’Guernsey.
Joseph Grech
Grech Joseph JOSEPH GRECH, jew ahjar PEPPI, twieled fl-1935. Filwaqt li ghadu jsegwi mill-qrib dak li jsehh fix-xena tal-isparar f’pajjizna, huwa kien iddebutta fil-Loghob tal-Mediterran li kienu saru f’Beirut fil-Lebanon fl-1959. Sena wara ha sehem fl-Olimpijadi ta’ Ruma fejn kien ha sehem fl-iskeet. Fl-1968 fil-Belt tal-Messiku kien l-uniku rapprezentant Malti fl-Olimpijadi. Kien ha sehem wkoll fl-iskeet fl-Olimpijadi ta’ Munich fl-1972 biex sar l-ewwel atleta Malti li ha sehem fi tlett Olimpijadi.
Tony Pellegrini Petit
Pellegrini Petite TONY PELLEGRINI PETIT b’karriera ta’ madwar 50 sena fit-table tennis beda fl-Azzjoni Kattolika f’Tas-Sliema sa kemm inghaqad ma’ Melita li maghhom rebah l-unuri kollha fix-xena tat-table tennis lokali. Fis-snin 50 kien promutur u wiehed mill-fundaturi tal-Malta Table Tennis Association u kien strumentali fis-shubija tal-Assocjazzjoni mal-Federazzjoni Internazzjonali tat-table tennis fl-1957. Ha sehem fil-Kampjonati tad-Dinja li kienu saru f’ Dortmund fl-1959 fi Praga fl-1963 fil-Kampjonat tal-Ewropa f’Londra fl-1966. Kien 6 darbiet rebbieh tal-Kampjonat Nazzjonali u ghal zmien twil kien wkoll wiehed mill-coaches ewlenin tat-table tennis f’pajjizna.
Robbie Scerri
scerri robbie Imwieled fl-1903 ROBBIE SCERRI, fi zmienu kien meqjus bhala l-aqwa tennis-player. Beda jilghab fis-snin 20 fil-courts tal-Eastern Telegraph Company fejn illum hemm Paceville. Bhala player tal-football jinghad li kien hu li skorja l-ewwel goal meta fetah l-Empire Stadium fil-Gzira. Laghab wkoll cricket, hockey, waterpolo u squash. Fit-tennis bejn l-1930 u l-1960 rebah bosta Kampjonati u tournaments . Ex-president tal-Lawn Tennis Association ta’ Malta kif wkoll sal-1971 kien responsabbli mill-attivitajiet fil-United Services Sports Club li wara sar maghruf bhala Marsa Sports Club. Kien ghadu attiv sa Awissu 1987 meta fl-eta’ ta’ 84 sena miet tragikament f’incident tat-traffiku f’tas-Sliema.
Lawrence Xuereb
xuereb lawrence Imwieled fl-1926, LAWRENCE XUEREB, kien il-hames  President tal-Kumitat Olimpiku Malti. Kien f’din il-kariga fil-periodu bejn 1973 u l-1977 fi zmien meta kien wkoll President ta’ Hibernians Football Club. Kien lahaq President tal-Hibs fl-1968 f’sena meta Hibs rebhu t-tielet Kampjonat fl-istorja taghhom. Fil-presidenza tieghu il-club rebah darbtjen l-FA Trophy fl-1969-70 u fl-1970-71, tlett darbiet is-Sons of Malta Cup kif wkoll unuri ohra fosthom Testaferrata Cup, Independence Cup u l-Olympic Cup. Madankollu jibqa’ mfakkar ghar-rizultati li Hibs kellhom kontra Manchester United, Real Madrid u Arsenal fejn f’pajjizna dejjem gew draw 0 – 0 kif wkoll id-draw ta’ 2 – 2 kontra Spartak Trnava.Ghal zmien twil kien wkoll Vici President tal-M.F.A