COJI

COJI 2014 – Corsica aktar successi

Wara r-rebh tal-medalja tal-bronz tal-ginnastika fil-kategorija tat-timijiet, aktar successi ghal ginnasti Maltin fl-individwali fejn Sana Grillo rebhet il-medalja tad-deheb fil-beam bi 11.60 punti kif wkoll dik tal-bronz fil-floor bl-istess puntegg ta’ 11.65 daqs Suzanne Buttigieg filwaqt li Peppijna Dalli rebhet wkoll il-bronz fil-bars b’10.25 punti.

Permezz tal-Kumitat Olimpiku Malti atleti zghazagh hadu sehem fit-18 l-Edizzjoni tal-COJI – il-Loghob tal-Gzejjer li sar f’Ajaccio f’Corsica f’dawn il-grantet bic-Cerimonja tal-eghluq issir l-Erbgha filghaxija.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena b’kollox hadu sehem 10 pajjizi fi programm li jigbor fih 10 dixxiplini fejn Malta hadet sehem wkoll fil-judo bil-judokas Francesco Aufieri, Kurt Butters u Alex Esposito li tilfu fil-kategoriji rispettivi taghhom.

 

Il-kontingent Malti tmexxa minn Dr.Sue Mercieca bhala chef de mission .

 

 

Charles Camenzuli Director of Media – Maltese Olympic Committee         02.07.2014