OLIMPJADI – SOCHI 2014

sochi_olympics_2014_logo

ELISE PELLEGRIN FIT-42 POST MINN 88 PARTECIPANT

 

Il-partecipazzjoni Maltija fl-Olimpjadi ta’ Sochi permezz tal-unika kompetitrici ELISE PELLEGRIN giet fi tmiem b’nota pjuttost pozittiva dan ghaliex fis-slalom, Pellegrin spiccat f’nofs il-klassifika bit-42 post miksub minn total ta’ 88 partecipant illi bdew il-kompetizzjoni, 60 minnhom ghaddew ghat-tieni fazi li kienet wkoll karatterizzata minn bosta li spiccaw barra l-korsa dovut ghal fatt bil-glieda kontra l-hin ghal post fil-klassifika.

Fis-Centre Alpin Rosa Khutor ta’ Sochi, PELLEGRIN fiz-zewg fazijiet kienet prudenti bl-ghan kemm li ttejjeb ir-rizultat u wisq aktar li tibqa fil-korsa.

Sa tmiem l-ewwel round rizultat mill-aktar pozittiv għall-Pellegrin li kienet is -76 kompetitur mit-88 li rregistraw biex jieħdu sehem temmet l-ewwel prova taghha fit-52 post b’ 1 minuta 07.10 sekondi . Hija kellha hin aħjar minn 9 kompetituri oħra fejn wieħed irid iqis li 27 atleta ma komplewx għax jew marru barra l-korsa sew ġew skwalifikati. Il-fazijiet tal-korsa għal Pellegrin kienu stabbli fejn fl-ewwel fażi għaddiet f’25.26 sekondi , it-tieni f’44.27 sekondi biex ghalqet b’ 1 minuta 07.10 sekondi.

Fi tmiem it-tieni round rizultat iehor pozittiv ghal Pellegrin li kienet it-52 wahda mis-60 li kellhom jiehdu sehem. Il-hin taghha f’din it-tieni fazi kien ta; 1 minuta 02.63 sekondi ghal totali ta’ 2 minuti 09.83 sekondi li poggewha fit-42 post fil-klassifika generali. F’din it-tieni fazi hija ghamlet l-ewwel settur f’24.10 sekondi u t-tieni wiehed fi 42.05 sekondi biex temmet il-prova f;1 minuta 02.63 sekondi.

Wara z-zewg provi fl-ewwel postijiet Mikaela Shiffrin (Stati Uniti) , Mariles Schild (Awstrija) u Kathrin Zettel (Awstrija) .

Charles Camenzuli

EliseSlalom (3)