First medal for Maltese Judoka at an International Kata Tournament

The Maltese Kata team, composed of Joe Bonello and Joe Muscat in the Katame-no-Kata, Ivan Esposito and Tiziana Apap in the Ju-no-Kata, and George Fabri and Ray Fava in the Kime-no-Kata, competed in the Trofeo Kata Sicily. This was the last ranking Kata event before the National Italian Kata Championships, to establish the Italian Kata team for the World Championships.

This event was the third appearance for the Katame-no-Kata team. Bonello and Muscat had performed the Katame-no-Kata for the first time in Malta at the World Championships scoring 345 points in 2009 placing 7th in their group, and 382 points at the European Championships in Malta in 2013. At the Italian Grand Prix, Bonello and Muscat scored 392 points, winning the bronze medal. This was the first ever International Judo Kata medal won by a Maltese couple. This Kata was won by 4 time gold medalists at the European Championships and 2 time bronze medalists at the World Championships: Andrea Fregnan and Stefano Moregola.

The other 2 couples had their second experience at a Kata event, the first being the European Kata Championships in 2013 in Malta. Fabri and Fava had scored 443 points in Malta. This time in Sicily they scored 472 points. Esposito and Apap had scored 363 points at the Europeans and in this Grand Prix, they scored 386 points. 

These results are very encouraging for the proliferation of Kata in the sport of Judo. A big thank you goes for the team, and Maestro Giovanni Strazzeri who is giving tremendous support to our team.

-End-

L-Ewwel midalja f’Turnament Internazzjonali tal-Kata għal-Judoka Maltin

 

It-tim tal-Kata Malti, magħmul minn Joe Bonello u Joe Muscat fil-Katame-no-Kata, Ivan Esposito u Tiziana Apap fil-Ju-no-Kata, u George Fabri u Ray Fava fil-Kime-no-kata, ikkompetew fit-Trofeo Kata Sicily. Dan kien l-aħħar avveniment tar-ranking għal-Kata qabel il-Kampjonati Nazzjonali Taljani tal-Kata, fejn skond il-punti, imbagħad jiġi stabbilit it-tim tal-Kata Taljan għall-Kampjonati tad-Dinja.

Dan l-avveniment kien it-tielet dehra għat-tim tal-Katame-no-Kata. Bonello u Muscat wettqu il-Katame-no-Kata għall-ewwel darba f’Malta fil-Kampjonati tad-Dinja fl-2009 u ġew mogħtija 345 punt. Huma ġew is-7 fil-grupp tagħhom. Fl-2013, kienu ġabu 382 punt fil-Kampjonati Ewropej f’Malta. Fl-Grand Prix Taljan, Bonello u Muscat ġabu XXX punt, u rebħu il-midalja tal-bronż. Din kienet l-ewwel darba li koppja tal-kata Maltija rebħet midalja f’turnament Internazzjonali tal-Kata. Din il-kategorija tal-Kata intrebħet mil-Koppja Andrea Fregnan u Stefano Moregola, li huma rebbieħa ta’ 4 midalji tad-deheb Ewropej u 2 bronż Mondjali.

Iz-2 koppji l-oħra kellhom it-tieni esperjenza tagħhom f’avveniment tal-Kata, l-ewwel waħda fil-Kampjonati Ewropej tal-Kata fl-2013 f’Malta. Fabri u Fava kienu ġabu 443 punti f’Malta. Fi Sqallija, din il-koppja ġabet 472 punt. Esposito u Apap kellhom 363 punt fl-Ewropej u din id-darba ġabu 386 punt.

Dawn ir-riżultati huma inkoraġġanti ħafna għall-proliferazzjoni tal-Kata fl-isport tal-Judo. Ringrazjament kbir imur għat-tim, u l-Maestro Giovanni Strazzeri li qed jagħti għajnuna tremenda lit-tim tagħna.

140625_Joe Muscat & Joe Bonello receiving medal 140625_Kata Tournament Catania 2014
140625_Maltese Kata Team 140625_Participants at Kata Grand Prix