logo

Il-KOM isellem lill-eks President l-Imħ.Ġino Camilleri

  • Il-President u l-Bord tal-Diretturi tal-Kumitat Olimpiku Malti, jingħaqdu mal-Assocjazzjonijiet Nazzjonali tal-isport affiljati billi jwasslu l-kondoljanzi lil familja Camilleri wara li llum tħabbret il-mewt tal-Imħallef Ġino Camilleri li għal bosta snin kellu rabta qawwija mal-isport b’mod partikolari mal-Kumitat Olimpiku Malti li tiegħu kien President bejn l-1989 u l-1999 .

L-Imħallef Camilleri għal bosta snin kien president kemm tal-Amateur Swimming Association kif wkoll tal-Malta Squash Association minbarra rabtiet oħra ma għadd ta’ għaqdiet nazzjonali tal-isport.

Il-Kumitat Olimpiku Malti jsellem lil Imħallef Ġino Camilleri li għal bosta kien dejjem sors ta’ riferenza fir-rigward l-amministrazzjoni tal-isport l-aktar f’mument meta fil-perjodu tiegħu ta’ presidenza tal-Kumitat Olimpiku Malti l-isport f’pajjizna beda fażi ta’ żvilupp.

 Camilleri Gino

Charles Camenzuli

Direttur tal-Media – KOM

20.07.2014