pescara crop 

1st Mediterranean Beach Games – Pescara 2015

 

 Jingħata bidu għall-Pescara 2015

Bic-Cerimonja tal-Ftuħ li saret lil hinn mill-Port ta’ Pescara ingħata bidu għall-ewwel edizzjoni tal-Mediterranean Beach Games illi jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kumitat Internazzjonali tal-Logħob tal-Mediterran. Malta qed tieħu sehem fil-beach handball, beach soccer u beach volley.

Il-kontinġent Malti kien immexxi minn David Azzopardi bhala chef de mission tal-Kumitat Olimpiku Malti flimkien mal-Direttur tal-isport Mario Micallef. Fic-cerimonja tal-Ftuħ il-bandiera Maltija inġarret mill-captain tat-tim nazzjonali tal-beach handball Christian Richard McClean.

It-tim nazzjonali tal-handball se jkun fl-azzjoni il-Hadd 30 ta’ Awwissu bid-debutt fl-10.30 ta’ filgħodu kontra Tuniżija filwaqt li fit-8.10 ta’ filgħaxija jilgħab kontra it-Turkija.

It-tim nazzjonali tal-beach soccer jiddebutta fit-2 ta’ Settembru kontra l-Marokk.

Media information 01

Charles Camenzuli – Director of Media

Maltese Olympic Committee

 Pescara2015Opening 2

 

 

Għat-televizjoni wieħed jista’ juża din il-link tac-Cerimonja tal-Ftuħ. Il-kontinġent Malti huwa fil-01.43 logging

https://www.youtube.com/watch?v=dYtd4pPrpVA