logo45  atleta individwali u  20 tim u l-atleti li ffurmaw parti minnhom minn  23 dixxiplina sportiva gew nominati mill-Kumitat Olimpiku Malti ghat-12 l-Edizzjoni tal-MOC Sports Awards.

Dettalji dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena inghataw minn Julian Pace Bonello, President tal-KOM fejn filwaqt li ghamel enfazi dwar il-kriterji li l-KOM uza sabiex saru dawn in-nominazzjonijiet tenna li dan l-avveniment huwa l-qofol ta’ sena ohra ta’ sport ghal Kumitat Olimpiku Malti.

Il-KOM se jippremja lil dawk nominati kemm b’rikonoxximent specjali, kemm f’kategoriji li jvarjaw minn bronz, fidda, deheb u platinu. Din is-sena numru record ta’ 14 il-Kunsill Lokali ressaq in-nomina ghall-ghazla fil-5 edizzjoni tal-kategorija rizervata ghal Kunsill Lokali li jkun organizza xi attivita’ fil-komunita.

Il-Kunsilli Lokali li gew nominati huma dawk ta’ H’Attard, Birzebbugia, Fgura, Floriana, Ghajnsielem, Gudja,Marsascala,Mellieha, Pembroke,Qormi, Safi,San Pawl il-Bahar, Zabbar u Zurrieq.

Din is-sena wkoll il-Kumitat Olimpiku Malti se jdahhal tlett membri godda fil-Hall of Fame li isimhom jithabbar dakinhar tas-serata.

Prezenti wkoll ghal laqgha mal-gurnalisti il-Vici President tal-KOM Mark Cutajar kif wkoll id-direttur tal-isport Mario Micallef.

Il-President tal-KOM habbar wkoll li il-mistiedna specjali ghal din is-sena se jkunu l-ex player u captain tat-tim Nazzjonali Taljan tal-waterpolo Pino Porzio, rebbieh tal-medalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-1992, Mara Santangelo, wahda mill-aqwa players tat-tennis li fl-2007 kienet rebhet id-doubles fl-Open ta’ Franza kif wkoll AnnaMaria Marasi, ex captain tat-tim Nazzjonali Taljan tal-volleyball. Il-mawra ta’ dawn l-atleti saret bil-kollaborazzjoni tal-CONI u tal-Fondazzjoni Milleculure.

Chairman tal-Kumitat Organizattiv ghal MOC Sports Awards kien ghal darb’ohra l-ET Kummissarju Gholi Malti fir-Renju Unit  is-Sur Norman Hamilton filwaqt li kancillier tal-Hall of Fame ghal darb’ohra kien l-Onor. Robert Arrigo.

Is-serata ta’ premjazzjoni li ghandha ssir nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru fil-Lukanda Hilton, San Giljan se toffri wkoll l-aqwa talent muzikali f’pajjizna filwaqt li mistiedna specjali se tkun il-kantanta Taljana Irene Fargo.