logo media release

___________________________________________

ORGANIZZATA L-ĠIRJA OLIMPIKA 2014

Il-Kumitat Olimpiku Malti ingħaqad mal-kumitati olimpici madwar id-dinja affiljati mal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali bl-organizazzjoni ta’ edizzjoni oħra tal-Ġirja Olimpika bħala parti mill-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Olimpiku li huwa celebrat fit-23 ta’ Gunju ta’ kull sena.

Il-Ġirja Olimpika li ilha ssir mill-1987  din is-sena saret fir-rotta bejn Spinola San Giljan, max-Xatt ta’ tas-Sliema lejn Tigne, Ferries tas-Sliema għal Manoel Island u lura. L-itwal rotta fuq distanza ta’ 10 kilometri kienet għal atleti stabbiliti filwaqt li għal oħrajn kienet fuq distanza iqsar ta’ 5 kilomenti filwaqt li t-tfal ippartecipaw f’Fun Run.

Fost il-mijiet li ħadu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena kien hemm il-veteran Charles Micallef li ta’ 76 sena huwa l-uniku atleta illi mill-1987 ġera f’kull edizzjoni tal-Ġirja Olimpika.

Il-mijiet li ħadu sehem gew ippreżentati b’t-Shirt kommemorattiv kif wkoll Certifikat ta’ Partecipazzjoni fflirmat mill-President tal-KOI – Dr.Thomas Bach u l-President tal-KOM – Julian Pace Bonello.

Sponsors ewlenin għall-edizzjoni ta’ din is-sena kienu McDonalds li fi tmiem l-attivita’ ġew ipprezentati bi Trofew għal fatt li l-fergħa ta’ McDonalds f’Bay Street kellha l-akbar numru ta’ partecipanti. Ingħata wkoll rikonoxximent lil Mellieħa Athletics Club li kellhom l-akbar numru ta’ partecipanti filwaqt li rikonoxximent ingħata wkoll lil Kunsill Lokali ta’ San Giljan li flimkien mal-Malta Amateur Athletics Association reggħu taw l-appoġġ u għajnuna fl-organizazzjoni tal-Girja Olimpika.

Charles Camenzuli

Direttur tal-Media KOM                                                                                 

_____________________________________________