Hall of Fame

 

 

 

 

 

 

 

Antonio Briguglio ħadem għal snin twal fil-qasam tal-isport kemm bħala atleta kif ukoll , referee u amministratur.

Bejn l-1960 u 1986 beda il-karriera tiegħu mal-Malta Football Association, bħala referee kif ukoll kien ful ik FIFA/UEFA Panels – hu mexxa 18 il-logħba internazzjonali u 68 fuq livell ta’Club. Hu gie ivvutat Referee ta’Sena għal-erba darbiet.

Matul dawn is-snin hu kien involut f’diversi karigi mal-Malta Basketball Assocaition, Malta Table Tennis Association, Malta Amateur Athletics Asscoation, Federazjoni Klabbs tal-Boċċi, Malta Billiards & Snooker Association u il-Malta Cycling Federation.

Ħadem għal bosta snin fil-qasam tal-medja kemm bħala preżentatur u analista fuq it-televixon u r-radju kif ukoll bħala membru fl-Eżekuttiv tal-Għaqda Kittieba Sport.

Kien ukoll Membru tal-Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti bejn 1984 u 1990.

 

 

Ġuzi Grech hu sinonimu mal-logħob tal-billiards u l-isnooker, sport li ikkompeta fih f’suċċess għal-iktar min erbgħin sena.

Fl- 1987, ġewwa Belfast kien Runner Up tal-Kampjonat Dinji tal-Billiards meta lagħab konta Geet Sehti. fl-istess sena, ġewwa l-Indja hu kiseb it-titlu ta’runner up fil-Kampjonat Dinji tal-Isnooker kontra Darren Morgan.  Għaxar snin wara, gewwa Malta hu kiseb it-titlu Mondjali tal-Kampjonat tal-Biliards kontra Ashok Shandilya.

Hu kompla jikseb diversi titli fosthom il Continental Cup Team fis-snin 1997, 199, u 2000.  Fl-2005 kiseb it-titlu tat-Tim Ewropew tal-iSnooker u fl-2011 rebaħ il-kampjonat Masters Ewropew