media information………nr. 2
Rikonoxximent lil atleti minn 23 assocjazzjoni.
Atleti minn 23 assoċjazzjoni nazzjonali tal-isport nhar is-Sibt 3 ta’ Diċembru ser ikunu ppremjati mill-Kumitat Olimpiku Malti fil-15 l-Edizzjoni tal-MOC Sports Awards li għandha ssir fil-Lukanda Corinthia, Attard.
Dawk nominati ser ikunu ppremjati fi xi waħda mill-kategoriji fosthom dik speċjali, bronż, fidda u deheb kif wkoll dik tal-platinum. Minn din l-edizzjoni l-KOM introduċa wkoll il-kategorija intiża li tgħati rikonoxximent speċjali lil dawk l-atleti jew timijiet li jkunu kisbu suċċess li jmur lil hinn mir-riżultati miksuba.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena hemm wkoll għaxar Kunsilli Lokali nominati għar-rikonoxximent lil dak il-Kunsill li jkun wettaq attivita’ sportiva fi ħdan il-komunita’ tal-lokal.
Kif sar fl-edizzjonijiet kollha tal-MOC Sports Awards din is-sena wkoll ser jiddaħħlu membri ġodda fl-MOC Hall of Fame.
Għas-serata ta’ premjazzjoni filwaqt li l-mistieden speċjali ser ikun it-tiratur Roberto Di Donna rebbieħ tal-medalji tad-deheb u bronż fl-Olimpijadi ta’ Atlanta fl-1996, l-ispettaklu ser ikun f’idejn Kinetic Dance Studio immexxija minn Daphne Gatt filwaqt illi mistieden speċjali ieħor huwa Mieszko Wlodarczyk fejn bil-ballun tal-basketball jgħamel l-impossibbli possibbli. Preżentatur tas-serata ser ikun Charles Camenzuli li fil-passat kien wkoll ippreżenta dawn l-Awards fl-2008 u fl-2011.
Is-serata ser tixxandar fi trasmissjoni diretta fuq TVM 2
![]() |
Charles Camenzuli
Direttur tal-Media KOM
![]() |
![]() |
![]() |