On Saturday 30th June 2018 Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi will organize the last event of the 2017/2018 National Trials Championship sponsored by Pasta Poiatti. The event will be held at the ASMK Complex at Ta’ Qali and starts at 6: 00pm. Admission to this event is free.

Meanwhile, during this past weekend the Association was very busy in events organising. On Saturday 23rd June 2018 ASMK organized the eleventh race of the National ASMK Pasta Poiatti 2017/2018 Championship. For this event 15 competitors were registered and these are the results.

In the Modified Autocross Class A Final Karl Micallef driving his Ford Fiesta won this race final followed by Noel Zammit on his Fiat Punto while third place finisher is Jean Paul Grech on a Peugeot 106. Fourth and fifth places were won by Vince Farrugia on a Volkswagen Polo and the Opel Corsa of Melo Zammit. All Competitors run this final close together all the way.

The Modified Autocross Class B race Final was won by Ryan Scicluna on his Ford Fiesta. Ryan was followed by Richard Spiteri on Opel Nova who finished in second place. Third place finisher was Brandon Lee Vassallo on his Peugeot 205 whilst fourth place was won by Keith Borg on his Vauxhall Nova.

From the Autocross Standard Class Jeremy saw Peplow drove his Kia Avella to victory. Peplow won and dominated this final while he was followed by Chris Formosa on a Ford Fiesta.

Meanwhile on Sunday 24th June 2018 the Association crossed the channel where in the quarry named tal- Ghansar in San Lawrence Gozo, ASMK organized the last race of the National WotoMoto 2017/2018 Enduro Championship. 15 Enduro competitors divided into three classes challenged the rough terrain Enduro track in beautiful Gozo.

Class A rider Bernard Sammut riding on a Beta motorcycle dominated this class and also he registered the fastest time of the day that of 2 minutes 55.677 seconds on the 1.5 Km long course. Bernard was followed by Matthew Gauci also on a Beta who registered his best time of 3 minutes 4.186 seconds. Third place rider Joseph Scicluna on his KTM motorcycle covered the Enduro track with his best time of 3 minutes 6.942 seconds.

In Class B Gozo rider John Attard riding on a KTM motorcycle won this class with his best lap time of 3 minutes 26.804 seconds and he was followed by Gabriel Muscat also on a KTM motorcycle with his best time of 3 minutes 28.860 seconds. Third place finisher James Grima on a KTM motorcycle lapped the course in 3 minutes 37.975 seconds.

Class C was won by Kurt Muscat on a Yamaha with his best lap time of 5 minutes 40.841 seconds. It is important to note that all competitors timings are recorded by MyLaps Electronic Timing System from start to Finish.

Meanwhile the Disciplinary Board of the Association referred to the Autocross Standard Class case that happened during the last final race held on 9th June. The board of the Association suspended Deane Farrugia a competitor on a Citroen AX from participating in any activity until further notice. This decision was taken following inappropriate behaviour by Farrugia both after the incident and after leaving the track. Meanwhile, in connection with the same incident the board also suspended Robert Giordmaina from participating in race events for the rest of this season.

Further information one can find it on the website of the Association www.asmk.org.mt or Facebook pages named A.S.M.K. Malta or Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. One can make contact by email:- info@asmk.org.mt or Mobile 9942 5489.

Photos by Mario Micallef

Karl Micallef jirbaħ fl-Autocross u Bernard Sammut jirbaħ l-Enduro f’Għawdex

Nhar is-Sibt 30 ta’ Ġunju 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ser torganizza l-aħħar attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Trials 2017/2018 sponsorjat mid-ditta Pasta Poiatti. L-attivita ser issir fil-Kumpless tal-ASMK f’Ta’ Qali u tibda fl-6:00pm. Dħul għal din l-attivita ikun bla ħlas.

Intant l-Assoċjazzjoni kellha tmiem il-ġimgħa li għaddiet impenjativ. Nhar is-Sibt 23 ta’ Ġunju 2018 ġiet organizzata l-ħdax it-tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Għal din l-attivita irreġistraw 15 il-kompetitur u kellna dawn ir-rizultati.

Mill-Finali Autocross Modified Klassi A rajna lill Karl Micallef fuq Ford Fiesta jirbaħ din il-finali segwit min Noel Zammit fuq Fiat Punto waqt li fit-tielet post daħal Jean Paul Grech fuq Peugeot 106. Fir-raba u il-ħames post daħlu Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo u Melo Zammit fuq Opel Corsa. Il-kompetituri f’din il-finali daħlu viċin xulxin.

Mill-FInali Autocross Modified Klassi B rajna lill Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta jirbaħ din il-klassi segwit minn Richard Spiteri fuq Opel Nova. Fit-tielet post spiċċa Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205 fil-waqt li fir-raba post daħal Keith Borg fuq Vauxhall Nova.

Mill-Klassi Standard rajna lill Jerom Peplow fuq Kia Avella jirbaħ u jiddomina din il-finali segwit minn Chris Formosa fuq Ford Fiesta.

Intant il-Ħadd 24 ta’ Ġunju 2018 l-Assoċjazzjoni qasmet il-fliegu fejn fil-Barriera Ta’ Għansar f’San Lawrence Għawdex ġiet organizzata l-aħħar tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018. Ħadu sehem 15 il-kompetitur Enduro maqsuma fit-tliet klassijiet.

Fi Klassi A rajna lill Bernard Sammut fuq mutur Beta jiddomina din il-klassi kif ukoll il-ġurnata fejn irnexielu iġib l-inqas ħin u jkun l-iktar veloċi dak ta 2 minuti 55.677 sekondi fuq korsa twila kilometru  u nofs. Bernard kien segwit minn Matthew Gauci fuq mutur Beta b’ħin ta’ 3 minuti 4.186 sekondi filwaqt li fit-tielet post daħal Joseph Scicluna fuq mutur KTM b’hin ta’ 3 minuti 6.942 sekondi.

Fi Klassi B rajna lis-sewwieq Ghawci John Attard fuq mutur KTM jirbaħ din il-klassi b’ħin ta’ 3 minuti 26.804 sekondi li kien segwit minn Gabriel Muscat fuq mutur KTM b’ħin ta’ 3 minuti 28.860 sekondi u fit-tielet post daħal James Grima fuq mutur KTM b’hin ta’ 3 minuti 37.975 sekondi. Klassi C kienet mirbuħa min Kurt Muscat fuq mutur Yamaha b’ħin ta 5 minuti 40.841 sekondi.

Intant il-Bord tad-Dixxiplina tal-Assoċjazzjoni iddeċieda dwar il-kas tal-Autocross Klassi Standard li sar waqt il-finali tad-9 ta’ Ġunju 2018. Il-bord tad-Dixxiplina tal-Assoċjazzjoni ssospendiet lill Deane Farrugia li soltu jikkompeti fuq Citroen AX milli jikkompeti f’kull attivita sakemm joħrog avviz ieħor. Dan wara li l-imġieba mhux xierqa li Farrugia kellu kemm wara l-inċident fil-korsa kif ukoll wara li ħareg mill-korsa. Intant, b’konnessjoni ma’ l-istess inċident il-bord issospenda wkoll lil Robert Giordmaina li jsuq Opel Corsa milli jikkompeti fit-tigrijiet għall kumplament ta’ dan l-istaġun.

Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt jew Mobile 9942 5489.

Rittrati ta’ Mario Micallef

 

Johann Pace

Segretarju Ġenerali
ASMK Malta