Il-Ħadd li għadda ingħata bidu għall-kampjonat Malti tat-table football.  Dan il-kampjonat jiġi organiżżat mill-M.T.F.S.A.

Dan il-kampjonat li jintlagħab fuq bażi individwali, hu maqsum f’żewġ diviżjonijiet, dik tal-Premier u tal-Ewwel Diviżjoni.

Dan l-istaġun, il-kampjonat ser jintlagħab fuq sitt iħdud. Il-ġranet l-oħra huma is-27 ta’ Jannar 2019, is-17 ta’ Frar 2019, is-17 ta’ Marzu 2019, is-7 ta’ April 2019 u bl-aħħar ġurnata tintlagħab fis-26 ta’ Mejju 2019.

Il-kampjonat ser ikun qed jintlagħab fis-sala tal-każin tal-Banda San Ġorġ f’Bormla.

Il-logħob jibda fit-8.30am u jispiċċa fis-2.00pm.

Il-pubbliku mħeġġeġ jattendi għal dawn il-logħbiet u d-dħul hu mingħajr ħlas.


Maltese League kick-off 2018/19

Last Sunday was the first day of the local league of Table Football Season 2018/19.  This individual league is organised by the MTFSA, and it will be divided in two categories, the Premier and the First division.

The league will be spread over 6 Sundays. The other match days will be on the 27th of January 2019, 17th of February 2019, 17th of March 2019, 7th of April 2019 and the last match will be on the 26th of May 2019.

This event is going to be held at St. George’s Band Club in Cospicua between 8.30am and 2.00pm. The public is invited to attend. Free entrance.