Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Major of Illoupoli ġewwa il-Greċja.
Kien hemm 8 plejers Maltin jikkonpetu fosthom Angelo Borg, Jason Pisani, Massimo Cremona, Tristan Fenech, Mauro Camilleri, Josef Camilleri, Charlie Aquilina u John Zammit. Bħala tim kien hemm Bormla Subbuteo Club.
Is-Sibt kienu organiżżati il-kompetizionijiet individwali fejn l-aħjar riżultat inkiseb minn Charlie Aquilina meta kien ir-rebbieħ tal-kategorija tal-veterani. Charlie Aquilina lgħab il-finali tiegħu kontra il-plejer Grieg Giorgios Aggelinas. Ir-riżultat tal-logħba war ail-ħin miżjud baqa dak ta’ 1-1. B’hekk il-logħba kellha tiġi deċiża bi ‘shots’ fejn Aquilina rebaħbl-iskor ta’ 4-3,
Bormla Subbuteo Club għaddew il-grupp b’punti massimi u waslu sa’ semi finali. Fi semi finali inqalgħu mat-tim rebbieħ Falcons. Huma tilfu bl-iskor ta 3-1. Bormla Subbuteo Club kien kompost minn Charlie Aquilina, Mauro Camilleri, Josef Camilleri u l-plejers Griegi Alberto di Maggio u Pitsaris.