Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Major ta’ l-Italja ġewwa Bologna fis-sala sportiva Palasavena.

Is-Sibt kien hemm il-kompetizjonijiet individwali.  Malta kienet rapreżentata minn tliet plejers fil-kompetizjoni Open. Tristan Fenech li mgħadiex il-fażi tal-gruppi.  Massimo Cremona li wasal sa l-aħħar 32 fejn tilef kontra Simone Bertelli bl-iskor ta 1-0 u Derek Conti li wasal sa l-aħħar 16 fejn tilef kontra Daniele Bertelli bl-iskor ta 2-1.  L-ispanjol Carlos Flores kien ir-rebbieħ tal-kategorija Open.  Fil-kategorija tal-Veterani kien hemm John Zammit li mgħadiex mil-fażi tal-gruppi u Jason Pisani li wasal sal-‘Play offs’ ta’ wara il-fażi tal-gruppi.  It-Taljan Gerardo Patruno kien ir-rebbieħ tal-kategorija tal-veterani.

Fil-kategorija ta’ taħt id-dsatax-il sena Jurgen Balzan wasal sa semifinali ta’ dan il-Major.  It-Taljan Luca Riccio kien ir-rebbieħ ta’ din il-kategorija.

Il-Ħadd kien hemm il-kompetizjonijiet tat-timijiet.  Bħala tim Malti kien hemm dak ta’ Valletta Subbuteo Club li kien iffurmat minn Derek Conti, Joseph Borġ Bonaċi, Emanuel Camilleri u l-Belġjan Pascal Scheen.

Valletta Subbuteo Club waslu sa l-aħħar sittax meta tilfu kontra t-tim ta’ Rocheforte TS bl-iskor 1-0.  Tristan Fenech u John Zammit kienu qed jilgħabu mat-tim Grieg Piraeus Lions.  Massimo Cremona kien qed jilgħab mat-tim Taljan Reggio Emilia, Jason Pisani kien qed jilgħab mat-tim Taljan Master SanRemo u Jurgen Balzan kien qed jilgħab mat-tim Taljan tiegħu Black & Blue Pisa li waslu sa semifinali.  It-Tim rebbieħ kien SC Fiamme Azzurre.


The Major of Italy – Bologna 2018 was ornganised last weekend at the Palasavena sports complex.

The individual competitions were held on Saturday were 6 Maltese players participated.

In the Open category Tristan Fenech played until the group phase, Massimo Cremona made it to the last 32 and was beater by Simone Bertelli 1-0 and Derek Conti made it to the last 16 when he lost his match against Daniele Bertelli 2-1.  The winner of the open category was the Spanish player Carlos Flores.

In the Veteran category John Zammit played until the group phase and Jason Pisani played the play offs after the group phase.  The winner of the Veteran category was the Italian Gerardo Patruno.

Jurgen Balzan was semifinalist in the Under 19 category and the winner of the category was the Italian Luca Riccio.

Team competitions were held on Sunday.  Valletta Subbuteo Club was the only club from Malta.  The team was composed of Derek Conti, Joseph Borg Bonaci, Emanuel Camilleri and their Belgian player Pascal Scheen.

Valletta Subbuteo Club made it to the last 16 and were beaten by the Belgian team Rocheforte Ts 1-0.

Tristan Fenech and John Zammit were playing with their Greek team Piraeus Lions, Massimo Cremona with the Italian Team Reggio Emilia, Jason Pisani with his Italian team Master San Remo and Jurgen Balzan with his Italian team Black & Blue Pisa which made it to the semifinals.   The winning team was SC Fiamme Azzurre.