The Champions League and the Europa League were organised both last weekend.

The Champions league was held in Palma di Mallorca in Spain and there were 24 clubs participating.  On Saturday, in the group phase Valletta SC placed 2nd. Valletta Subbuteo Club, had a positive outcome on Sunday when they reached the quarter final.  Unfortunately, they were stopped by the Italian team Reggio Emilia 3-1.  Reggio Emilia was the winning team, winning against Napoli Fighters of Massimo Cremona 2-1.  Angelo Borg with his team CCT Eagles Napoli made it to the semi-final, whilst Hansel Mallia with SC Fiamme Azzurre made it to the quarter final.  Valletta Subbuteo Club were classified 7th in the final classification.

The Europa league was organised in Valle d’Aosta in Italy with the participation of 20 clubs.  In the group phase, on Saturday Bormla SC came 2nd in the group whilst Valletta Lions TFC came 4th.  Bormla Subbuteo Club had an amazing result on Sunday by reaching the final.  The final was played against Bologna Tigers and unfortunately lost 2-0.  Valletta Lions TFC had a good result by reaching the 10th place in the final classification.  The Maltese players Tristan Fenech and John Zammit were playing with their Greek team Pireus Lion and reached the 16th place in the classification.  Jason Pisani with his Italian team Master Sanremo made it to the 3rd place.


Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew organiżżati iċ-Champions league u l- Ewropa League.

Iċ-Champions League ġiet organiżżata ġewwa Palma di Mallorca fi Spanja fejn ħadu sehem 24 tim.  Is-Sibt intlagħbet il-fażi tal-gruppi fejn Valletta SC spiċċaw fi tieni post tal-grupp.  Il-Ħadd, Valletta Subbuteo Club kellhom riżultat sodisfaċenti ħafna meta waslu sal-kwarti finali.  Sfortunatament tilfu kontra t-tim Taljan Reggio Emilia bl-iskor ta’ 3-1, fejn l-istess tim kien ir-rebbieħ tal- kompetizjoni, li għelbu lil Napoli Fighters li magħhom jilgħab Massimo Cremona bl-iskor ta’ 2-1.  It-tim Taljan CCT Eagles Napoli li miegħu jilgħab Angelo Borg wasal sa semifinali u SC Fiamme Azzure ta’ Hansel Mallia waslu sal-kwarti finali.  Fil-klassifika finali Valletta Subbuteo Club spiċċaw fis-seba’ post.

F’ Valle d’Aosta l-Italja ġiet organiżżata l-Ewropa League, b’għoxrin tim jipparteċipaw.  Is-Sibt fil-fażi tal-gruppi Bormla SC spiċċaw fit-tieni post filwaqt li Valletta Lions TFC ġew fir-raba’ post. Il-Ħadd, Bormla Subbuteo Club kellhom riżultat mill-aqwa meta waslu sal-finali, iżda sfortunatament tilfu kontra Bologna Tigers bl-iskor ta’ 2-0.  Valletta Lions TFC kellhom riżultat tajjeb meta spiċċaw fl-għaxar post tal-klassifika finali.  Il-plejers Maltin Tristan Fenech u John Żammit kienu qed jilgħabu mat-tim Grieg Pireus Lions, u spiċċaw fis-sittax il-post.  Master Sanremo li jilgħab magħhom Jason Pisani spiċċaw fit-tielet post.